Tieghek Ilsir

2019-10-25

Nghalaq ghajnejja biex inkun mieghek ahjar fl-irkejjen ta mohhi. Biex forsi sidri jieqaf ftit mit-tahbit mignun...jew forsi biex gismi ikompli jinharaq bhal fahma sewda imzejjna bil-kulur ta nar ahmar indannat, hekk kif xufftejja hassew lil tieghek u ilsienek intrabat ma tieghi.

Ghax inqas minn xahar ilu jien u int tomna lil xulxin, u minn dak in-nhar, gismek sar it-tempju wahdieni tieghi. Idejja ghatxana ifittxu lil tieghek, saqajja iduru mieghek, u il-qafas ta sidri ikun sa jahbat jisplodi meta int tharisli b'dawk l'ghajnejn kohla tieghek...

Isammarli ruhi ma tieghek meta thuf u tfittixni b'harstek. Ma hemm xejn isbah minn wiccek mislut, b' dak il-geddum li jitkarrabli inbusu, u dak ix-xaghar lewn is-sema, hafif u bellusi daqs it-tajjar. Ghonqok abjad bi gzuz tan-nemmenx jitnaffar u jittantani biex inbusu u nilghaqu bil-qajla il-qajla...u ir-riha ta' gildek tidhol f'imnifsejja u tifqghali il-pulmun.

Ta' gismek ilsir nibqa meta subghajja jahbtu ipinguk u jfittxuk, isibuk fejn int tixxarrab u fejn jien nintilef ghalik u bik, fik, mieghek. Meta halqek imbexxaq ihalli tahrab karba ghalija minn gismek jghali. U meta dik il-karba tolqot u tahbat ma widnejja torja u homor, demmi ibaqbaq ifur u minni biss jibqa mhux ruhi jew gismi, imma is-sahha tal-bahar li jinhabb u jissabbat mal-blata li kienet minn dejjem tieghu, mil-bidu taz-zmien sa wara l-apokalissi, meta il-bqija isir bahh u l-unika haga li tinstema u tingharaf, jibqa il-bahar mignun, li ghadu bla waqfien jitlieb u jinhabb mieghek.


before & after